Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-ħames edizzjoni tal-Career Expo 2026 organizzata mill-Institute of Business Management and Commerce, fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid.
Matul din l-attività ta’ jumejn, l-istudenti jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ kumpaniji u professjonisti fl-industrija biex jesploraw l-opportunitajiet għall-karriera tagħhom.
Fid-diskors tagħha, il-President fissret din l-attività bħala pont bejn l-edukazzjoni u x-xogħol, u tkellmet dwar l-importanza ta’ inizjattivi simili biex l-istudenti joħorġu għad-dinja tax-xogħol ippreparati b’ħiliet prattiċi.
Id-dħul minn dan l-EXPO imur b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, biex dawk li jiġu bżonn l-għajnuna jiġu sostnuti.