Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret id-Dar tal-Providenza, fejn iltaqgħet mar-residenti u rat is-servizzi offruti minn hawn lil mijiet ta’ persuni b’diżabilità.

Waqt li rrikonoxxiet il-ħidma tal-voluntiera u l-ħaddiema li jservu fid-Dar tal-Providenza, fosthom diversi barranin, il-President aċċennat l-importanza tal-komunità u s-soċjetà Maltija li bl-appoġġ tagħha matul is-snin wasslet biex iktar residenti setgħu jibbenefikaw minn din id-Dar, b’servizzi dejjem iktar mifruxa u speċjalizzati.