Midja

Il-Ħadd waranofsinhar, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret il-Fiera tal-Ktieb fejn iltaqgħet ma’ dawk preżenti u ffirmat kopji tal-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’.

‘Tisjir mill-Qalb’, disponibbli bil-Malti u bl-Ingliż, qed jinbiegħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex, bil-qligħ imur b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, li tgħin lil dawk kollha fil-bżonn matul iż-żmien diffiċli tal-mard.