Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, tinsab is-Slovenja fejn qed tipparteċipa fil-laqgħa tal-Grupp Arraiolos, li jlaqqa’ lill-Presidenti ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom rwol mhux eżekuttiv.
Il-Ħamis filgħaxija, il-President ta’ Malta waslet fil-Palazz Presidenzjali ta’ Ljubljana, fejn intlaqgħet mill-President tas-Slovenja, l-Eċċellenza Tagħha Nataša Pirc Musar u r-raġel tagħha Dr Aleš Musar.
Wara, l-Eċċellenza Tagħha flimkien mal-kapijiet tal-istat l-oħra preżenti għal-laqgħat tal-Arraiolos, kienet ospitata għall-pranzu uffiċjali.