Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Awstrija, organizzata mill-Ambaxxata tal-Awstrija f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta fakkret li din is-sena Malta u l-Awstrija qed ifakkru 60 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bbażati fuq valuri komuni, viżjoni li tippromwovi l-paċi u impenn qawwi favur ir-rispett tad-drittijiet tla-bniedem.
L-Eċċellenza Tagħha fissret ir-relazzjoni bejn Malta u l-Awstrija bħala waħda dinamika, li kompliet tissaħħaħ b’numru ta’ żjarat bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll diversi kumpaniji stabbiliti u li joperaw bejn iż-żewġ pajjiżi.
F’dan l-isfond, il-President ta’ Malta esprimiet l-impenn ta’ Malta li din ir-rabta tkompli tissaħħaħ, u jkompli l-iżvilupp f’setturi ta’ interess komuni bħan-negozju, it-turiżmu, u l-kooperazzjoni fuq livell internazzjonali.


