Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Awstrija.
Fl-indirizz tagħha, il-President aċċennat għar-rabtiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi, mibnija fuq valuri komuni u rispett reċiproku, li xprunaw in-negozju, it-turiżmu u kooperazzjoni f’diversi setturi.
L-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet l-għajnuna li l-Awstrija tat lil Malta fiż-żmien li pajjiżna kien fdat biċ-chairmanship tal-OSCE.
Il-President esprimiet it-tama li din ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ, għall-benefiċċju taż-żewġ pajjiżi u l-popli rispettivi tagħhom.


