Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Istat tal-Qatar, organizzata mill-Ambaxxata tal-Qatar f’Malta.

Fid-diskors tagħha, il-President fissret ir-relazzjoni eżistenti bejn Malta u l-Qatar, ibbażata fuq il-prinċipji ta’ rispett u ftehim reċiproku, u l-interess komuni tal-popli rispettivi, kif ukoll kooperazzjoni f’diversi setturi u servizzi, bħal fis- settur tal-finanzjament, servizzi finanzjarji, avjazzjoni, farmaċewtika, enerġija, edukazzjoni u taħriġ, u faċilitati bl-introduzzjoni mill-ġdid ta’ titjiriet diretti bejn iż-żewġ pajjiżi.

Waqt li rrimarkat li iktar kmieni din is-sena Malta u l-Qatar iċċelebraw il- 50 sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom, il-President awgurat li ż-żewġ pajjiżi jibqgħu impenjati bis-sħiħ biex ikomplu jibnu fuq dawn il-pedamenti sodi fis-snin li ġejjin.