Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tan-Netherlands.
Fid-diskors tagħha, il-President esprimiet il-gratitudni tal-Presidenza għall-kontribut tal-komunità Olandiża lis-soċjetà Maltija, u enfasizzat ir-rabtiet mill-qrib bejn Malta u l-Olanda, ibbażati fuq valuri komuni u rispett.