Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika tat-Turkija, organizzata mill-Ambaxxata Torka f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President irrimarkat kif mill-1967, meta Malta u t-Turkija formalment stabbilixxew ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom, iż-żewġ pajjiżi kkollaboraw f’diversi oqsma; kumpaniji Torok kellhom sehem fi proġetti nazzjonali u infrastrutturali, filwaqt illi oħrajn investew f’pajjiżna, waqt li n-numru ta’ turisti u studenti mit-Turkija qiegħed ikompli jiżdied sena wara l-oħra.
Il-President ta’ Malta fissret lit-Turkija bħala alleat fl-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet internazzjonali oħra. Iż-żewġ pajjiżi huma iggwidati minn spirtu ta’ kooperazzjoni, rispett reċiproku, u fuq kollox ir-rieda ta’ djalogu fuq livell internazzjonali bħala mezz għar-rikonċiljazzjoni quddiem l-isfidi globali.
