Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede.
Fid-diskors tagħha, il-President aċċennat għar-relazzjoni bejn Malta u s-Santa Sede, li hi bbażata fuq il-valuri komuni tal-paċi u d-dinjità umana, u affermat l-impenn kondiviż taż-żewġ pajjiżi għad-djalogu, il-kompassjoni u l-kooperazzjoni.