Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet iċ-ċelebrazzjoni tal-jum nazzjonali tar-Repubblika tal-Polonja, organizzata mill-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta.
Waqt li fakkret fir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Polonja, li jmorru lura għall-1971, il-President aċċennat il-kollaborazzjoni taż-żewġ pajjiżi f’diversi setturi li jinkludu s-saħħa, l-edukazzjoni, il-kultura, il-kooperazzjoni fix-xjenza, it-tassazzjoni u s-servizzi tal-ajru, u rrimarkat iż-żieda sostanzjali fit-turiżmu minn u lejn il-Polonja.
Il-President awgurat li din ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ u tkompli tkun mibnija fuq valuri komuni favur il-paċi u d-demokrazija, inkluż f’fora internazzjonali bħall-Unjoni Ewropea li tagħha Malta u l-Polonja huma t-tnejn membri.