Midja

Fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt Valletta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, irċeviet u ffirmat kopji tal-Baġit 2026.

Il-kopji kienu ppreżentati lill-Eċċellenza Tagħha mill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjieg, l-Onorevoli Clyde Caruana, qabel id-diskors tiegħu tal-Baġit għal din is-sena, fil-Parlament ta’ Malta.