Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika.

F’diskors tal-okkażjoni, il-President aċċennat il-ħbiberija mibnija fuq valuri komuni u rispett reċiproku bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll il-kooperazzjoni f’diversi setturi.

Il-President appellat ukoll għall-għaqda internazzjonali fl-isfond tal-isfidi attwali fuq livell globali, biex bid-djalogu jinbena futur sostenibbli u tirrenja l-paċi.