Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Fid-diskors tagħha, il-President enfasizzat il-ħbiberija u l-kooperazzjoni bilaterali dejjiema li teżisti bejn Malta u ċ-Ċina, ibbażati fuq il-fiduċja, id-djalogu, u r-rispett reċiproku, prinċipji li Malta hija impenjata profondament għalihom.
Il-President enfasizzat ukoll l-importanza li jinżamm djalogu produttiv u sinċier bejn il-pajjiżi, u li nsaħħu aktar il-kollaborazzjoni tagħna.