Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippresediet iċ-ċerimonja tal-Ġurament tal-Ħatra tal-membri tal-Kabinett, iffurmat minn 21 ministru u 2 segretarji parlamentari, skont il-parir tal-Prim Ministru, Dr Robert Abela u skont l-Artikolu 80 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta għall-Ministri u l-Artikolu 88 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta għas-Segretarji Parlamentari.