Midja

F’Jum il-Vitorja, l-Eċċċellenza Tagħha Myriam Spiteri ngħatat is-salut nazzjonali u spezzjonat il-Gwardja tal-Unur, qabel attendiet il-Quddiesa Pontifikali fil-Katidral ta’ San Ġwann, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.
Fi tmiem il-Quddiesa Pontifikali, il-President ta’ Malta poġġiet kuruna quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.