Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-maratona b’risq id-Dar tal-Providenza, Festa ta’ Ġenerożità, u fakkret fid-dmir tal-poplu li jkompli jsostni din l-opra tajba li minn ħolma ta’ Monsinjur Michael Azzopardi bidlet il-ħajja tal-persuni b’diżabiltà u l-qraba tagħhom għall-aħjar.
Fil-messaġġ tagħha, il-President fissret id-Dar tal-Providenza bħala monument ħaj tal-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin, u rringrazzjat lill-ħaddiema u l-voluntiera tal-ħidma tagħhom b’risq is-soċjetà.