Midja

Waqt żjara fl-Expo Village 2025 tas-Servizz Pubbliku, l-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono kienet milqgħuha mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, u s-Sur Ryan Spagnol, Segretarju tal-Kabinett, li flimkien dawru lill-President mad-diversi stazzjonijiet esibiti minn oqsma differenti tas-Servizz Pubbliku.
L-E.T. il-President kellha l-opportunità tiltaqa’ u titkellem ma’ impjegati fis-settur pubbliku, inkluż ħaddiema, Diretturi, Diretturi Ġenerali u Segretarji Permanenti.