Midja

L-Erbgħa filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, iltaqgħet mal-Maltin li jaħdmu u jgħixu fir-Renju Unit waqt attività organizzata mill-Presidenza flimkien mal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fir-Renju Unit.
F’indirizz lil dawk preżenti, il-President esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li setgħet tiltaqa’ magħhom waqt din l-attività soċjali, u rringrazzjathom talli bil-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom ikomplu jagħmlu isem tajjeb għal Malta ‘lil hinn minn xtutna.