Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, indirizzat il-laqgħa biennali tal-Konsli Onorarji, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
L-Eċċellenza Tagħha fakkret lill-Konsli Onorarji fir-rwol vitali tagħhom li jipprovdu għajnuna liċ-ċittadini Maltin li jsibu ruħhom f’diffikultà meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżna, u ddeskriviethom bħala parti integrali min-netwerk diplomatiku ta’ Malta, bi rwol siewi fl-iffaċilitar tar-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ firxa ta’ pajjiżi madwar id-dinja, grazzi għall-isfondi u l-perspettivi diversi tagħhom.
Fl-istess waqt, il-President faħħret ix-xogħol tal-Konsli Onorarji, fi żmien ta’ realtajiet ġeopolitiċi u sfidi globali, filwaqt li rrikonoxxiet li jwettqu dmirijiethom mingħajr remunerazzjoni u b’riżorsi limitati.