Midja

Waqt żjara f’Għawdex, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-esebizzjonijiet internazzjonali tal-arti li qed isiru fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella, fil-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija u fil-Mitħna Ta’ Kola, bħala parti mill-Malta Biennale 2026.
Il-Malta Biennale 2026, li qed isir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u UNESCO, jibqa’ għaddej sad-29 ta’ Mejju fi 11-il sit storiku u mużewijiet ta’ Heritage Malta madwar Malta u Għawdex.