Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-jum nazzjonali tal-Ġermanja.

Fid-diskors tagħha, il-President għamlet aċċenn fuq il-valuri komuni ta’ Malta u l-Ġermanja, b’relazzjonijiet interpersonali b’saħħithom u vibranti riflessi f’rabtiet diplomatiċi u sħubija dejjiema li wasslet għall-iffirmar ta’ diversi ftehimiet bilaterali f’diversi setturi.

Il-President esprimiet ukoll l-ottimiżmu ta’ Malta li tħares ‘il quddiem biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea.