Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għal riċeviment li ċċelebra għeluq snin uffiċjali tar-Re Karlu III, organizzat mill-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President aċċennat għar-relazzjonijiet b’saħħithom bejn Malta u r-Renju Unit, ibbażati fuq l-istorja komuni bejn iż-żewġ pajjiżi u sforzi sostnuti miż-żewġ naħat matul is-snin.
Il-President kienet akkumpanjata minn żewġha, Dr Anthony Spiteri Debono.