Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċerimonja li matulha l-Professur Frank Bezzina assuma uffiċjalment l-inkarigu ta’ Rettur tal-Università ta’ Malta.
Il-Professur Frank Bezzina jissuċċedi lill-Professur Alfred J Vella li kien ilu f’din il-kariga għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Għaċ-ċerimonja attendew ukoll l-Onorevoli Robert Abela, Prim Ministru ta’ Malta, l-Onorevoli Carmelo Abela, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Byron Camilleri, Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, l-Onorevoli Alex Borg, Kap tal-Oppożizzjoni, u diversi awtoritajiet oħra fosthom Presidenti u Prim Ministri Emeriti.


