Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ Spanja, organizzata mill-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President tkellmet dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi, kemm storiċi u diplomatiċi, ibbażati fuq valuri Mediterranji u Ewropej u prinċipji ta’ ugwaljanza u rispett. L-Eċċellenza Tagħha rreferiet ukoll għal diversi setturi li fihom Malta u Spanja jikkollaboraw, fosthom it-turiżmu, in-negozju, it-turiżmu, il-kultura, u r-riċerka u l-innovazzjoni.
F’dan l-isfond, il-President tkellmet dwar l-intenzjoni ta’ pajjiżna li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kollaborazzjoni f’fora internazzjonali jkomplu jissaħħew.