Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, organizzata mill-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta, il-Ħamis 8 ta’ Ottubru.
Fid-diskors tagħha, il-President fakkret fl-importanza storika tar-riunifikazzjoni tal-Ġermanja fl-1990, bħala simbolu ta’ għaqda u paċi, filwaqt li rrikonoxxiet ir-relazzjonijiet tajba li jeżistu bejn Malta u l-Ġermanja.
Il-President enfasizzat fuq il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’diversi oqsma, fosthom l-ekonomija, l-edukazzjoni, il-kultura u t-turiżmu. Hija saħqet ukoll fuq l-importanza tal-valuri Ewropej komuni u r-rispett lejn il-liġi internazzjonali, partikolarment fid-dawl tal-isfidi u l-kunflitti li qed tiffaċċja d-dinja.