Midja

Fil-Palazz tal-President, fil-Belt Valletta, saret ċerimonja li kkommemorat il-65 anniversarju mill-ħolqien tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Fl-indirizz tagħha, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, elenkat ir-rwol u d-dmirijiet tal-Kummissjoni, u aċċennat l-iskop tagħha fl-istampa iktar wiesgħa tas-Servizz Pubbliku fil-ġurnata tal-lum.
Il-President esprimiet ukoll l-apprezzament tal-Presidenza lejn il-membri tal-Kummissjoni għall-ħidma fi ħdanha.