Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono attendiet għal kunċert korali li kkommemora s-60 sena ta’ ħidma tan-Nunzjatura Appostolika f’Malta, u r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede.
Fil-messaġġ tagħha, il-President aċċennat għar-relazzjoni mill-qrib u storika bejn Malta u s-Santa Sede, ibbażata fost l-oħrajn fuq valuri komuni li jiddistingwu wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi.
Il-kunċert, organizzat min-Nunzjatura Appostolika f’Malta, bis-sehem tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi f’Malta, sar fl-Oratorju ta’ San Ġwann, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.


