Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għas-sitt edizzjoni tal-International Lazarite Symposium, li ġie organizzat f’Malta lbieraħ filgħodu, mill-Fondazzjoni San Lazzru, b’kollaborazzjoni mal-Ordni ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm.
Din l-attività laqqgħet f’pajjiżna għadd ta’ persuni minn diversi pajjiżi biex jiddiskutu temi marbuta mal-ħidma filantropika u volontarja.
F’diskors li għamlet, il-President irringrazzjat qabel xejn lill-Fondazzjoni għall-appoġġ tagħha b’risq il-Malta Community Chest Fund, u emfasizzat għall-importanza tal-valuri tas-servizz u s-solidarjetà.