Midja

Bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President Myriam Spiteri Debono, żaret l-iskola primarja tas-Siġġiewi, parti mill-Kulleġġ San Injazju.

Meta kienet qed tipparteċipa f’sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-istudenti, il-President aċċennat l-importanza tal-valur li sa minn eta żgħira wieħed jaħseb f’ħaddieħor u jkun ġeneruż mingħajr ma jistenna xejn lura.