Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ltaqgħet mal-Maltin li jgħixu l-Italja, waqt riċeviment organizzat mill-Ambaxxata Maltija f’Ruma.

Waqt l-attività li saret f’Palazzo Firenze, f’Ruma, il-President kellha l-opportunità tiltaqa’ ma’ familji Maltin, kif ukoll reliġjużi li jservu lill-komunità, fosthom il-Kardinal Mario Grech.