Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta kellha żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton mill-membri tal-Ordni ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm.
F’messaġġ li wasslet, il-President innotat kif matul is-snin, il-fondazzjoni ta’ Malta, tat kontribut siewi favur dawk fil-bżonn, kemm lokalment u anke barra minn xtutna, fosthom f’missjoni fil-Perù mmexxija mill-Isqof Għawdxi Giovanni Cefai.
Tkellmu wkoll il-Gran Prijur Suprem tal-Ordni, l-Arċiduka tal-Awstrija Sandor Habsburg Lothron u l-Gran Kanċillier tal-Ordni, Dott. Massimo Ellul, li wiegħed għajnuna mill-Ordni lil Malta Community Chest Fund.


