Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ltaqgħet mal-President tal-Italja, l-E.T. Sergio Mattarella.

Il-President ta’ Malta esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li fl-ewwel żjara uffiċjali tagħha qed iżżur l-Italja, pajjiż li għandu rabtiet importanti ta’ ħbiberija bejn il-popli li tmur lura għal qabel l-Indipendenza, kif ukoll rabtiet kulturali, storiċi u politiċi.

Min-naħa tiegħu, il-President Mattarella nnota li din il-Presidenza qed issir fi żmien importanti fuq livell globali, u li matulu Malta għandha rwol importanti f’fora internazzjonali.