Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija ma’ grupp mill-Junior Achievement (JA) Malta Foundation.
Fil-laqgħa ħadu sehem żewġ gruppi ta’ studenti mill-Kulleġġ San Alwiġi u mis-Saint Martin’s Institute of Higher Education Malta , rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ JA Malta Foundation, li fissru lill-President l-ideat u l-mudelli kkreati minnhom, u li bihom ser jirrappreżentaw lil Malta fil-European Enterprenurship Programme f’Ateni fi ftit ġimgħat.
Filwaqt li ferħet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni, l-E.T. Myriam Spiteri Debono tkellmet dwar l-importanza tal-użu tal-kreattivitá u l-ħsieb kritiku fost iż-żgħażagħ tagħna, sabiex jitnisslu ideat u prodotti ġodda u biex ikomplu jiksbu ħiliet li jgħinuhom jiksbu l-aqwa potenzjal tagħhom.




