Midja

Waqt żjara fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta fakkret lill-istudenti fil-valuri tal-ġenerożità, responsabbiltà u perseveranza li jikkaratterizzaw din il-kampanja.

Il-President appellat lit-tfal biex bid-donazzjonijiet tagħhom jgħinu lil min jiġi bżonn il-Malta Community Chest Fund f’perjodu diffiċli ta’ mard, u ħeġġithom biex dan il-ġest ta’ rispett u empatija japplikawh ukoll fil-ħajja ta’ kuljum.