Midja
It-Tnejn filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, inawgurat il-Malta Lounge, fi ħdan il-European Youth Centre tal-Kunsill tal-Ewropa.
Il-Malta Lounge se tkompli tattrezza l-European Youth Centre għaliex toffri spazju ieħor f’dan iċ-ċentru, fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiltaqgħu bl-iskop li jibnu relazzjonijiet mill-qrib bejniethom, u jiddiskutu modi kif id-demokraazija u d-drittijiet jistgħu jissaħħu.
Dan kollu ġie enfasizzat mill-President Myriam Spiteri Debono fid-diskors tagħha waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, fejn inkoraġġiet liż-żgħażagħ biex ikunu huma li bl-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħhom jibnu futur aħjar.
Fost l-uffiċjali preżenti għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni kien hemm id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Bjørn Berge.








