Midja

L-Eċċellenza Tagħha l-President Myriam Spiteri Debono attendiet avveniment li sar f’Għawdex fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.
Matul l-avveniment, l-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet il-kontribut tal-Kamra tal-Kummerċ favur in-negozji Għawdxin, u awgurat li dan il-kontribut ikompli fis-snin li ġejjin.