Midja
Waqt serata tal-unuri organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-E.T. Myriam Spiteri Debono tat il-Buonamico Award lill-ġurnalista Anne Zammit b’rikonoxximent għall-ħidma ġurnalistika tagħha favur il-protezzjoni tal-ambjent Malti.
Waqt id-diskors tagħha wara li tat il-Premju Buonamico lil Anne Zammit, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, irrikonoxxiet ir-rwol tal-ERA fil-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent lokali, u l-isforzi tagħha għal bidla ġenerazzjonali fil-mentalità billi trawwem impenn favur il-missjoni tal-ERA mis-setturi kollha tas-soċjetà.
Il-President enfasizzat ukoll l-importanza ta’ diskussjoni kontinwa f’Malta, li tinvolvi u tippromwovi skambju attiv u kontinwu maċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jħalli impatt dirett fuq l-ambjent naturali u urban tagħna. Huwa dan l-iskambju li jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.





