Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, indirizzat seminar organizzat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura għall-membri tal-ġudikatura lokali li ffoka fuq il-Bangalore Declaration, stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti fl-2002 u li tirregola l-kondotta tal-membri tal-ġudikatura u l-istandards legali u etiċi tagħhom.
Fid-diskors tagħha, il-President tkellmet fuq il-valuri intrinsiċi għall-ġudikatura, fosthom l-indipendenza, l-imparzjalità, integrità, deċenza, ugwaljanza u l-kompetenza, flimkien mad-diliġenza.
Waqt li indirizzat lill-membri tal-ġudikatura preżenti, il-President fakkrithom fl-importanza tal-ġudikatura għat-tħaddim tajjeb tas-saltna tad-dritt fil-pajjiż, u fid-doveri tagħhom bħala kumpass legali u morali tal-pajjiż.





