Midja
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ospitat iċ-ċerimonja ta’ rikonoxximent għad-donaturi tad-demm ta’ din is-sena, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President irrikonoxxiet il-kontribut u l-altruwiżmu tad-donaturi tad-demm, esprimiet l-apprezzament tal-Presidenza lejhom, lejn qrabathom u lejn il-professjonisti tas-servizz tat-trasfużjoni tad-demm, u appellat għal iktar għarfien dwar il-bżonn tad-donazzjoni tad-demm, b’mod speċjali fost iż-żgħażagħ.
Matul is-serata, il-President kienet akkumpanjata minn żewġha Dr Anthony Spiteri Debono.



