Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lill-ġurnalisti u impjegati fil-qasam tal-midja għal riċeviment fil-ġonna tal-Palazz ta’ Sant’Anton.
F’diskors qasir, il-President tkellmet dwar l-importanza tal-midja f’Malta, irrikonoxxiet l-isfidi li dan il-qasam jiffaċċja u appellat lill-ġurnalisti biex jaqdu dmirijiethom b’responsabbiltà u lealtà lejn il-verità.