Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ospitat lill-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Fl-indirizz tagħha, il-President irringrazzjat lill-membri kollha tal-Kunsill għall-impenn tagħhom favur il-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Il-President Spiteri Debono talbithom biex jgħinu bil-mod li jistgħu lill-Malta Community Chest Fund.