Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ospitat it-tnedija tal-ktieb ta’ Richard Muscat, ‘Kartolini minn Ħajti, Tmenin Sena Jirrakkuntaw lil Richard Muscat’, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Dan il-ktieb jikkonsisti f’diversi rakkonti li jitrattaw l-esperjenzi personali u pubbliċi ta’ Richard Muscat, eks-Membru Parlamentari, xandar, ġurnalist u Ambaxxatur.
Waqt diskors tal-okkażjoni, l-E.T. iddeskriviet lil Richard Muscat bħala bniediem sinċier u onest, fabbli, u fuq kollox ta’ konvinzjoni u konsistenza, liema karatteristiċi joħorġu fil-beraħ f’dan il-ktieb.




