Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ospitat lil Kapijiet ta’ skejjel tal-istat, indipendenti u tal-privat, kif ukoll uffiċjali edukattivi oħra għal riċeviment fil-Palazz ta’ Sant’Anton, bi preparazzjoni għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.

F’messaġġ lil dawk preżenti, il-President fakkret li l-iskop ta’ din il-kampanja mhux biss li jinġabru fondi tant importanti biex il-Malta Community Chest Fund tkompli tgħin lil dawk kollha fil-bżonn, imma wkoll li jitnisslu valuri important fost iċ-ċittadini ta’ għada, fosthom l-empatija lejn il-proxxmu.

Għar-riċeviment attenda wkoll il-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni l-Onor. Clifton Grima, kif ukoll l-uffiċjali tal-BOV.