Midja
Il-Ħadd waranofsinhar, il-parata tal-Imnarja, b’sewwieqa taż-żwiemel liebsa lbies tradizzjonali u biż-żwiemel tagħhom telqet mis-Saqqajja; huma għaddew minn quddiem il-Kastell Verdala fi triqithom lejn il-Buskett.
Quddiem l-entratura prinċipali tal-Kastell Verdala, huma kienu milqugħa mill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono li daret mas-sewwieqa u ż-żwiemel tagħhom, u qassmet kukkardi tal-okkażjoni.
Għal din l-okkażjoni, il-Kastell Verdala u l-passaġġi tiegħu żżejnu b’damask tradizzjonali.
Matul iċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata mill-Onorevoli Anton Refalo, Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel.





