Midja

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-Palazz ta’ Sant’Anton, ir-residenza uffiċjali tal-President ta’ Malta, fetaħ il-bibien tiegħu għall-familji bħala parti minn Festa Ċitru.

Din l-attività, b’risq il-Malta Community Chest Fund, offriet ukoll l-opportunità li l-familji jattendu tours organizzati madwar il-Palazz ta’ Sant’Anton, biex iżuru u jaraw is-swali uffiċjali tiegħu.

Festa Ċitru hi l-ewwel attività mill-kalendarju ta’ attivitajiet b’risq il-Malta Community Chest Fund.