Midja
Fil-Kastell Verdala saret il-ħames edizzjoni tal-konferenza ‘stat tan-nazzjon’, li laqqgħet professjonisti, edukaturi u mexxejja tal-pajjiż għal diskussjoni bbażata fuq is-sejbiet ta’ stħarriġ tal-Professur Vincent Marmarà u -Sur Lou Bondi, u li ffukat fuq l-edukazzjoni fil-firxa wiesgħa tagħha u fuq livelli differenti.
Fl-indirizz tagħha fl-għeluq tal-konferenza, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ħeġġet biex ir-riżultati tal-istħarriġ li sar mill-Professur Vincent Marmarà u s-Sur Lou Bondi, jkunu mixtarra u mistħarrġa fil-fond, biex ixprunaw il-bidliet li l-poplu jħoss il-bżonn tagħhom.
Il-President irrikonoxxiet ukoll il-bżonn li fil-poplu tagħna, f’kull eta’, f’kull kategorija u kapaċità, ikollna l-faċilitajiet u l-istrutturi biex niżviluppaw f’niesna, ħiliet b’mod aktar intensiv, u tkun inkuraġġita t-tendenza kreattiva naturali li għandu l-esseri uman.



