Midja

It-tieni edizzjoni ta’ The 10km L-istrina Palace Run b’risq il-Malta Community Chest Fund se ssir fl-14 ta’ Ġunju.

Wara li l-ewwel edizzjoni tas-sena li għaddiet għaqqdet il-Kastell Verdala mal-Palazz ta’ Sant’Anton, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tieħu lill-parteċipanti matul rotta ta’ 10 kilometri mill-Palazz ta’ Sant’Anton sal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Dettalji dwar il-konferenza tal-aħbarijiet ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, li matulha l-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lil dawk kollha li permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom qed jgħinu lill-Malta Community Chest Fund biex tkompli tassisti lil dawk kollha li jiġu bżonn l-għajnuna tagħha.

Il-biljetti għal The 10km L-istrina Palace Run b’risq il-Malta Community Chest Fund jinsabu disponibbli fuq is-sit maltamarathon.com.