Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ospitat attività li saret fil-Palazz Verdala u kkommemorat il-35 anniversarju tal-NSTF Mini European Assembly.

F’diskors tal-okkażjoni, il-President ħeġġet liż-żgħażagħ benefiċjarji tal-NSTF u l-alumni, biex jużaw il-ħiliet li kisbu u xprunaw mill-esperjenza tagħhom fi ħdan l-NSTF, għal futur aħjar ta’ Malta u l-umanità.