Midja

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika f’Għawdex, l-E.T. Myriam Spiteri Debono attendiet kunċert mużikali fi Pjazza Indipendenza, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Dr John Galea.

Il-President appellat biex nibqgħu viġilanti biex Malta Repubblika tkun post ta’ sliem għalina, il-Maltin u l-Għawdxin fil-Gżejjer tagħna, imma wkoll meta nitkellmu f’fora internazzjonali u nwasslu kelma tajba favur il-ġid tal-umanità.